interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- tad-data 20
- personali 18
- data 10
- lis-suġġett 10
- tkun 8
- l-ksur 8
- għoli 6
- il-kontrollur 6
- minn 6
- fil-paragrafu 6
- msemmija 6
- imsemmija 4
- dawk 4
- għandu 4
- miżuri 4
- il-komunikazzjoni 4
- tista 4
- l-libertajiet 4
- ikun 4
- kwalunkwe 4
- komunikazzjoni 4
- jirriżulta 4
- riskju 4
- għad-drittijiet 4
- każ 2
- miżura 2
- minflok 2
- bħal 2
- simili 2
- pubblika 2
- hemm 2
- jkun 2
- probabbli 2
- sussegwenti 2
- jiżguraw 2
- bħall-kriptaġġ 2
- taċċessaha 2
- biex 2
- r-riskju 2
- tas-suġġetti 2
- tinvolvi 2
- sforz 2
- jimmaterjalizza 2
- fejn 2
- mhux 2
- sproporzjonat 2
- diġà 2
- kundizzjonijiet 2
- ikunu 2
- tiddeċiedi 2
Artikolu 34
Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data
1. Meta l-ksur ta' data personali probabbilment ikun ser jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi l-kontrollur għandu jikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.
2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b'lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta' data personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u l-miżuri imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 33(3).
3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun sodisfatta:
(a) | il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta' data personali, b'mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ; |
(b) | il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza; |
(c) | tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b'mod għaldaqstant effettiv. |
4. Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkunsidrat il-probabbiltà li l-ksur tad-data personali li jirriżulta f'riskju għoli, tista' titolbu jagħmel dan jew tista' tiddeċiedi li xi kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ikunu sodisfatti.

whereas
dal 2004 diritto e informatica